6. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 għandhom jipprovdu d-dettalji tal-bażi tal-kost tagħhom lill-awtorità superviżorja nazzjonali. Għal dan il-għan, il-kostijiet għandhom jinqasmu billi ssir distinzjoni bejn il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet operatorji għajr il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet tad-deprezzament, il-kost tal-kapital, kostijiet eċċezzjonali u l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 30(3). Bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-modalitajiet definiti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 33.