+Artikolu 30 Bażijiet tal-kost għall-imposti
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
---+Artikolu 30 6
|
Artikolu 30 Bażijiet tal-kost għall-imposti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1
|
1. Il-bażijiet tal-kost għall-imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jikkonsistu mill-kostijiet iddeterminati, kif stabbilit fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 24(6), relatati mal-forniment ta’ dawk is-servizzi fiż-żona ta’ imposti en route u fiż-żona ta’ imposti fit-terminal ikkonċernati.
|
|
Artikolu 30 2
|
2. Il-kostijiet iddeterminati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-kostijiet tal-faċilitajiet u s-servizzi rilevanti, il-kost tal-kapital u d-deprezzament tal-assi, kif ukoll il-kostijiet tal-manutenzjoni, l-operazzjoni, il-ġestjoni u l-amministrazzjoni, inkluż il-kostijiet tal-persunal.
|
|
Artikolu 30 3
|
3. Il-kostijiet iddeterminati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll il-kostijiet li ġejjin:
|
(a)
|
kostijiet relatati mas-sorveljanza tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mġarrba mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u minn awtoritajiet nazzjonali oħra fdati mill-Istati Membri biex iwettqu kompiti b’rabta ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/1139, meta l-Istat Membru jiddeċiedi hekk;
|
|
(b)
|
kostijiet imġarrba mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10, b’rabta mal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-network;
|
|
(c)
|
kostijiet li joriġinaw mill-Konvenzjoni Internazzjonali tal-EUROCONTROL relatata mal-kooperazzjoni għas-sikurezza tan-navigazzjoni bl-ajru tat-13 ta’ Diċembru 1960 kif l-aħħar emendata, meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk.
|
|
|
Artikolu 30 4
|
4. Il-kostijiet iddeterminati ma għandhomx jinkludu l-kostijiet tal-penali imposti mill-Istati Membri f’ konformità mal-Artikolu 53.
|
|
Artikolu 30 5
|
5. Il-kostijiet relatati kemm mas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route kif ukoll mas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal għandhom jiġu allokati f’konformità mal-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (l). Ma għandux ikun permess sussidju inkroċjat bejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal. Is-sussidju inkroċjat għandu jitħalla jsir bejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru f’waħda minn dawk iż-żewġ kategoriji biss meta dan ikun ġustifikat minħabba raġunijiet oġġettivi, soġġett għal identifikazzjoni ċara f’konformità mal-Artikolu 36(3).
|
|
Artikolu 30 6
|
6. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 għandhom jipprovdu d-dettalji tal-bażi tal-kost tagħhom lill-awtorità superviżorja nazzjonali. Għal dan il-għan, il-kostijiet għandhom jinqasmu billi ssir distinzjoni bejn il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet operatorji għajr il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet tad-deprezzament, il-kost tal-kapital, kostijiet eċċezzjonali u l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 30(3). Bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-modalitajiet definiti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 33.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|