5. Il-Kummissjoni għandha twettaq, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u mal-utenti tal-ispazju tal-ajru, studju dwar il-kontribut tal-modulazzjoni tal-imposti għall-kisba tal-objettivi tal-Ajru Uniku Ewropew, definiti fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, u tar-Regolament (UE) 2021/1119. Dan l-istudju għandu jivvaluta wkoll il-fattibbiltà ta’ dik il-modulazzjoni u l-impatt tagħha fuq it-traffiku tal-ajru, il-forniment tas-servizzi, il-kostijiet amministrattivi u l-partijiet ikkonċernati.