+Artikolu 32 Stabbiliment tal-imposti
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
---+Artikolu 32 6
---+Artikolu 32 7
---+Artikolu 32 8

Artikolu 32 Stabbiliment tal-imposti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1

1.   L-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom iġarrbu imposti għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, li jkunu jqisu l-kapaċitajiet produttivi relattivi tat-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru kkonċernati. Meta utenti differenti tal-ispazju tal-ajru jġarrbu imposti għall-użu tal-istess servizzi, ma għandha ssir l-ebda distinzjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-kategorija tal-utent.

Artikolu 32 2

2.   L-imposta en route għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għal titjira partikolari f’żona ta’ imposti en route partikolari għandha tiġi kkalkulata abbażi tar-rata unitarja stabbilita għal dik iż-żona tal-imposti en route u l-unitajiet tas-servizzi en route għal dik it-titjira.

Artikolu 32 3

3.   L-imposta fit-terminal għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għal titjira partikolari f’żona tal-imposti tat-terminal partikolari għandha tiġi kkalkulata abbażi tar-rata unitarja stabbilita għal dik iż-żona ta’ imposti fit-terminal u l-unitajiet tas-servizzi tat-terminal għal dik it-titjira. Għall-fini tal-kalkolu tal-imposta fit-terminal, l-avviċinament u t-tluq ta’ titjira għandhom jgħoddu bħala titjira waħda.

Artikolu 32 4

4.   Ċerti utenti tal-ispazju tal-ajru jew titjiriet, speċjalment dawk li jużaw jew isiru permezz ta’ inġenji tal-ajru ħfief u inġenji tal-ajru tal-Istat, jistgħu jiġi eżentati minn imposti fuq in-navigazzjoni bl-ajru, dment li l-kost ta’ dik l-eżenzjoni ma jkunx kopert minn riżorsi oħra u ma jgħaddix għand utenti oħra tal-ispazju tal-ajru.

Artikolu 32 5

5.   Il-Kummissjoni għandha twettaq, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u mal-utenti tal-ispazju tal-ajru, studju dwar il-kontribut tal-modulazzjoni tal-imposti għall-kisba tal-objettivi tal-Ajru Uniku Ewropew, definiti fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, u tar-Regolament (UE) 2021/1119. Dan l-istudju għandu jivvaluta wkoll il-fattibbiltà ta’ dik il-modulazzjoni u l-impatt tagħha fuq it-traffiku tal-ajru, il-forniment tas-servizzi, il-kostijiet amministrattivi u l-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 32 6

6.   Ir-riżultat tal-istudju msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jipprovdi l-informazzjoni essenzjali għall-Kummissjoni biex tiddetermina jekk għandhiex tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48(3), biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-modulazzjoni tal-imposti en route biex tħeġġeġ lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jappoġġaw titjib fil-prestazzjoni klimatika u ambjentali, bħall-użu tal-aktar rotot effiċjenti fl-użu tal-fjuwil disponibbli, użu akbar ta’ teknoloġiji alternattivi ta’ propulsjoni nadifa, inkluż fjuwils alternattivi sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell ottimali ta’ sikurezza.

Artikolu 32 7

7.   Il-modulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha tikkonsisti f’vantaġġi jew żvantaġġi finanzjarji u għandha tkun newtrali fir-rigward tad-dħul għall-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

Artikolu 32 8

8.   Minbarra l-modulazzjoni tal-imposti msemmija fil-paragrafu 6, l-imposti jistgħu jiġu modulati mill-Istati Membri biex iħeġġu lill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jappoġġaw titjib fil-kwalità tas-servizz bħal żieda fil-kapaċità, tnaqqis fid-dewmien imnaqqas u żvilupp sostenibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.