1. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina regolarment il-konformità tal-Istati Membri mal-Artikoli 21 sa 27 u 29 sa 32 u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 28 u 33. Meta twettaq dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Istati Membri jiżgurawx, skont l-obbligu tagħhom ta’ kooperazzjoni sinċiera, il-konformità mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mal-obbligi tagħhom skont dawk l-Artikoli. Il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konsultazzjoni mal-PRB u mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.