4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti dettaljati għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data u l-aċċess għaliha f’konformità mal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu, inkluż id-data operazzjonali speċifika kkonċernata, il-prinċipji ġenerali u r-regoli komuni tal-ipprezzar għall-iffissar tal-prezzijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u r-rekwiżiti għall-identifikazzjoni ta’ entitajiet li għandhom interess evidenzjat li jikkunsidraw il-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).