+Artikolu 42 Disponibbiltà ta’ data operazzjonali dwar it-traffiku tal-ajru ġenerali u aċċess għaliha
---+Artikolu 42 1
---+Artikolu 42 2
---+Artikolu 42 3
---+Artikolu 42 4

Artikolu 42 Disponibbiltà ta’ data operazzjonali dwar it-traffiku tal-ajru ġenerali u aċċess għaliha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1

1.   Fir-rigward tat-traffiku tal-ajru ġenerali, id-data operazzjonali rilevanti għandha tkun disponibbli f’format interoperabbli f’ħin reali, fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja u mingħajr preġudizzju għas-sigurtà nazzjonali, l-ordni pubbliku u l-interessi tal-politika tad-difiża, mill-fornituri kollha tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti u l-Maniġer tan-Network, inkluż fuq bażi transfruntiera u mifruxa mal-Unjoni kollha. Din id-disponibbiltà għandha tkun għall-benefiċċju tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ċċertifikati jew iddikjarati, entitajiet li għandhom interess evidenzjat fil-kunsiderazzjoni tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-entitajiet militari inkarigati minn attivitajiet tas-sigurtà u d-difiża, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru militari, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-ajruporti kif ukoll il-Maniġer tan-Network. Id-data għandha tintuża biss għal finijiet operazzjonali.

Artikolu 42 2

2.   Il-prezzijiet għas-servizz imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji ġenerali u regoli komuni tal-ipprezzar li għandhom jiġu stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 42 3

3.   L-aċċess għad-data operazzjonali rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata mingħajr ħlas lill-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza tas-sikurezza, is-sorveljanza tal-prestazzjoni u tan-network, is-sigurtà, l-ordni pubbliku u d-difiża, inkluż l-Aġenzija, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 42 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti dettaljati għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data u l-aċċess għaliha f’konformità mal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu, inkluż id-data operazzjonali speċifika kkonċernata, il-prinċipji ġenerali u r-regoli komuni tal-ipprezzar għall-iffissar tal-prezzijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u r-rekwiżiti għall-identifikazzjoni ta’ entitajiet li għandhom interess evidenzjat li jikkunsidraw il-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.