2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ divulgazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Kummissjoni meta tkun essenzjali għall-qadi ta’ dmirijiethom. F’dak il-każ din id-divulgazzjoni għandha tkun proporzjonata u għandha tirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva tagħhom.