+Artikolu 52 Kunfidenzjalità
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
|
Artikolu 52 Kunfidenzjalità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1
|
1. La l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li jaġixxu f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, la l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, la l-Kummissjoni, la l-PRB, la l-Maniġer tan-Network u lanqas l-Aġenzija ma għandhom jiddivulgaw informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali, b’mod partikolari informazzjoni dwar il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom u l-komponenti tal-kostijiet u d-dħul tagħhom.
|
|
Artikolu 52 2
|
2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ divulgazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Kummissjoni meta tkun essenzjali għall-qadi ta’ dmirijiethom. F’dak il-każ din id-divulgazzjoni għandha tkun proporzjonata u għandha tirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva tagħhom.
|
|
Artikolu 52 3
|
3. L-informazzjoni u d-data li ssir aċċessibbli skont l-Artikoli 12(4), 23(10), 24(6), 25(2), 36(3) u 36(4) jew irrapportata skont l-Artikoli 29(6), b’mod partikolari fir-rigward tal-kostijiet iddeterminati u l-kostijiet reali tal-fornituri deżinjati tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiġu divulgati pubblikament, soġġett għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, ta’ materji ta’ difiża u ċivili u tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluż il-propjetà intellettwali, ħlief jekk ikun hemm xi interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|