3. L-informazzjoni u d-data li ssir aċċessibbli skont l-Artikoli 12(4), 23(10), 24(6), 25(2), 36(3) u 36(4) jew irrapportata skont l-Artikoli 29(6), b’mod partikolari fir-rigward tal-kostijiet iddeterminati u l-kostijiet reali tal-fornituri deżinjati tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiġu divulgati pubblikament, soġġett għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, ta’ materji ta’ difiża u ċivili u tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluż il-propjetà intellettwali, ħlief jekk ikun hemm xi interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni.