+KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Article 1 1
------+Article 1 2
------+Article 1 3
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Article 2 (1)
------+Article 2 (2)
------+Article 2 (3)
------+Article 2 (4)
------+Article 2 (5)
------+Article 2 (6)
------+Article 2 (7)
------+Article 2 (8)
------+Article 2 (9)
------+Article 2 (10)
------+Article 2 (11)
------+Article 2 (12)
------+Article 2 (13)
------+Article 2 (14)
------+Article 2 (15)
------+Article 2 (16)
------+Article 2 (17)
------+Article 2 (18)
------+Article 2 (19)
------+Article 2 (20)
------+Article 2 (21)
------+Article 2 (22)
------+Article 2 (23)
---+Artikolu 3 Eliġibbiltà għaċ-ċertifikazzjoni
------+Article 3 (a)
------+Article 3 (b)

KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“assorbiment tal-karbonju” tfisser l-assorbiment antropoġeniku tal-karbonju mill-atmosfera u l-ħżin durabbli tiegħu f’riżervi ġeoloġiċi, fuq l-art jew l-oċeani, jew fi prodotti li jservu fit-tul;

(2) 

“tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija” tfisser it-tnaqqis tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra minn raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku kif elenkat fit-Taqsima B, il-punti (e) u (f), tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841 jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kategorija ta’ sorsi tal-IPCC tal-agrikoltura, is-sottokategorija 3D tal-ħamrija agrikola, kif determinat skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skontu, fejn l-attività rilevanti, b’mod komprensiv, tnaqqas l-emissjoni tal-karbonju mir-raggruppamenti tal-karbonju fil-ħamrija jew iżid l-assorbiment tal-karbonju permezz tar-raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku;

(3) 

“attività” tfisser prattika jew proċess wieħed jew aktar li jitwettqu minn operatur, jew minn grupp ta’ operaturi, li jirriżultaw f’assorbiment permanenti tal-karbonju, f’assorbiment temporanju tal-karbonju permezz tal-kultivazzjoni karbonika jew permezz tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, jew fi tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija permezz tal-kultivazzjoni karbonika fejn tali kultivazzjoni karbonika, b’mod komplessiv, tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju mir-raggruppamenti tal-karbonju fil-ħamrija jew iżżid l-assorbiment tal-karbonju fir-raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku;

(4) 

“raggruppament tal-karbonju bijoġeniku” tfisser bijomassa ħajja, mifrex, injam mejjet, materja organika mejta, ħamrija minerali u ħamrija organika kif elenkati fit-Taqsima B, il-punti (a) sa (f) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841;

(5) 

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika li topera jew li tikkontrolla attività, jew li lilha tkun ġiet delegata setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-attività; fil-każ ta’ attività tal-kultivazzjoni karbonika, “operatur” tfisser bidwi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2021/2115, kwalunkwe persuna oħra li timmaniġġa attività f’ambjent terrestri jew kostali, sid ta’ foresta jew maniġer ta’ foresta kif definit mil-liġi nazzjonali, jew entità pubblika kompetenti;

(6) 

“grupp ta’ operaturi” tfisser entità ġuridika li tirrappreżenta mill-inqas żewġ operaturi u li hija responsabbli biex tiżgura li dawk l-operaturi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;

(7) 

“perjodu ta’ attività” tfisser perjodu li matulu l-attività tiġġenera benefiċċju nett tal-assorbiment tal-karbonju jew benefiċċju nett tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija, u li jiġi ddeterminat fil-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(8) 

“perjodu ta’ monitoraġġ” tfisser perjodu li matulu t-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija jew il-ħżin tal-karbonju jiġi mmonitorjat minn operatur jew minn grupp ta’ operaturi, li jkopri mill-inqas il-perjodu ta’ attività, u li huwa ddeterminat fil-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(9) 

“assorbiment permanenti tal-karbonju” tfisser kwalunkwe prattika jew proċess li, f’ċirkostanzi normali u bl-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni xierqa, jaqbdu u jaħżnu l-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal diversi sekli, inkluż il-karbonju magħqud kimikament b’mod permanenti fil-prodotti, u li ma jkunux ikkombinati mal-irkupru assistit tal-idrokarburi;

(10) 

“kultivazzjoni karbonika” tfisser kwalunkwe prattika jew proċess, imwettqa fuq perjodu ta’ attività ta’ mill-inqas ħames snin, relatati mal-ġestjoni ta’ ambjent terrestri jew kostali u li jirriżultaw fil-qbid u l-ħżin temporanju tal-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku fir-raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku, jew fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija;

(11) 

“ħżin tal-karbonju fil-prodotti” tfisser kwalunkwe prattika jew proċess li jaqbdu u jaħżnu l-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal mill-inqas 35 sena fi prodotti li jservu fit-tul, jippermettu l-monitoraġġ fuq il-post tal-karbonju maħżun u huma ċċertifikati matul il-perjodu ta’ monitoraġġ;

(12) 

“karbonju magħqud kimikament b’mod permanenti fil-prodotti” tfisser karbonju maħżun kimikament fi prodott bir-riżultat li ma jidħolx fl-atmosfera waqt l-użu normali tal-prodott, inkluż kwalunkwe attività normali li sseħħ wara tmiem il-ħajja tal-prodott, f’konformità mal-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(13) 

“ħżin ġeoloġiku tas-CO2” tfisser il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 1, tad-Direttiva 2009/31/KE;

(14) 

“korp taċ-ċertifikazzjoni” tfisser korp indipendenti ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat jew rikonoxxut li jkun ikkonkluda ftehim ma’ skema taċ-ċertifikazzjoni biex iwettaq awditi taċ-ċertifikazzjoni u joħroġ ċertifikati tal-konformità;

(15) 

“skema taċ-ċertifikazzjoni” tfisser organizzazzjoni li tiċċertifika l-konformità tal-attivitajiet u tal-operaturi bil-kriterji tal-kwalità u r-regoli taċ-ċertifikazzjoni stipulati f’dan ir-Regolament;

(16) 

“awditu taċ-ċertifikazzjoni” tfisser awditu li jitwettaq minn korp taċ-ċertifikazzjoni;

(17) 

“awditu taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid” tfisser awditu li jitwettaq fil-proċess tat-tiġdid ta’ ċertifikat tal-konformità maħruġ minn korp taċ-ċertifikazzjoni;

(18) 

“ċertifikat tal-konformità” tfisser dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa minn korp taċ-ċertifikazzjoni li tiċċertifika li attività tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(19) 

“unità tal-assorbiment permanenti tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju nett tal-assorbiment permanenti iċċertifikat tal-karbonju ġġenerata minn attività tal-assorbiment permanenti tal-karbonju u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12;

(20) 

“unità ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju tat-tnaqqis nett iċċertifikat tal-emissjonijiet mill-ħamrija ġġenerata minn attività ta’ kultivazzjoni karbonika u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12;

(21) 

“treġġigħ lura” tfisser, fil-każ ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2, it-tnixxija kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2009/31/KE u, għal attivitajiet oħra, ir-rilaxx volontarju jew involontarju lura fl-atmosfera tal-karbonju maqbud u maħżun minn attività;

(22) 

“unità ta’ sekwestru fil-kuntest tal-kultivazzjoni karbonika” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju ċċertifikat tal-karbonju ġġenerata minn attività tal-kultivazzjoni karbonika u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12;

(23) 

“unità ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju ċċertifikat tal-karbonju ġġenerata minn attività tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12.

Artikolu 3 Eliġibbiltà għaċ-ċertifikazzjoni

Artikolu 3

Eliġibbiltà għaċ-ċertifikazzjoni

L-assorbiment tal-karbonju u t-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija għandhom ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skont dan ir-Regolament meta jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jiġu ġġenerati minn attività li tikkonforma mal-kriterji tal-kwalità stipulati fl-Artikoli 4 sa 7;

(b) 

jiġu vverifikati b’mod indipendenti f’konformità mal-Artikolu 9.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3012
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.