|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet ---+Article 2 (1) ---+Article 2 (2) ---+Article 2 (3) ---+Article 2 (4) ---+Article 2 (5) ---+Article 2 (6) ---+Article 2 (7) ---+Article 2 (8) ---+Article 2 (9) ---+Article 2 (10) ---+Article 2 (11) ---+Article 2 (12) ---+Article 2 (13) ---+Article 2 (14) ---+Article 2 (15) ---+Article 2 (16) ---+Article 2 (17) ---+Article 2 (18) ---+Article 2 (19) ---+Article 2 (20) ---+Article 2 (21) ---+Article 2 (22) ---+Article 2 (23) |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“assorbiment tal-karbonju” tfisser l-assorbiment antropoġeniku tal-karbonju mill-atmosfera u l-ħżin durabbli tiegħu f’riżervi ġeoloġiċi, fuq l-art jew l-oċeani, jew fi prodotti li jservu fit-tul;
(2)
“tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija” tfisser it-tnaqqis tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra minn raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku kif elenkat fit-Taqsima B, il-punti (e) u (f), tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841 jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kategorija ta’ sorsi tal-IPCC tal-agrikoltura, is-sottokategorija 3D tal-ħamrija agrikola, kif determinat skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skontu, fejn l-attività rilevanti, b’mod komprensiv, tnaqqas l-emissjoni tal-karbonju mir-raggruppamenti tal-karbonju fil-ħamrija jew iżid l-assorbiment tal-karbonju permezz tar-raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku;
(3)
“attività” tfisser prattika jew proċess wieħed jew aktar li jitwettqu minn operatur, jew minn grupp ta’ operaturi, li jirriżultaw f’assorbiment permanenti tal-karbonju, f’assorbiment temporanju tal-karbonju permezz tal-kultivazzjoni karbonika jew permezz tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, jew fi tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija permezz tal-kultivazzjoni karbonika fejn tali kultivazzjoni karbonika, b’mod komplessiv, tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju mir-raggruppamenti tal-karbonju fil-ħamrija jew iżżid l-assorbiment tal-karbonju fir-raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku;
(4)
“raggruppament tal-karbonju bijoġeniku” tfisser bijomassa ħajja, mifrex, injam mejjet, materja organika mejta, ħamrija minerali u ħamrija organika kif elenkati fit-Taqsima B, il-punti (a) sa (f) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841;
(5)
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika li topera jew li tikkontrolla attività, jew li lilha tkun ġiet delegata setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-attività; fil-każ ta’ attività tal-kultivazzjoni karbonika, “operatur” tfisser bidwi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2021/2115, kwalunkwe persuna oħra li timmaniġġa attività f’ambjent terrestri jew kostali, sid ta’ foresta jew maniġer ta’ foresta kif definit mil-liġi nazzjonali, jew entità pubblika kompetenti;
(6)
“grupp ta’ operaturi” tfisser entità ġuridika li tirrappreżenta mill-inqas żewġ operaturi u li hija responsabbli biex tiżgura li dawk l-operaturi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;
(7)
“perjodu ta’ attività” tfisser perjodu li matulu l-attività tiġġenera benefiċċju nett tal-assorbiment tal-karbonju jew benefiċċju nett tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija, u li jiġi ddeterminat fil-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
(8)
“perjodu ta’ monitoraġġ” tfisser perjodu li matulu t-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija jew il-ħżin tal-karbonju jiġi mmonitorjat minn operatur jew minn grupp ta’ operaturi, li jkopri mill-inqas il-perjodu ta’ attività, u li huwa ddeterminat fil-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
(9)
“assorbiment permanenti tal-karbonju” tfisser kwalunkwe prattika jew proċess li, f’ċirkostanzi normali u bl-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni xierqa, jaqbdu u jaħżnu l-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal diversi sekli, inkluż il-karbonju magħqud kimikament b’mod permanenti fil-prodotti, u li ma jkunux ikkombinati mal-irkupru assistit tal-idrokarburi;
(10)
“kultivazzjoni karbonika” tfisser kwalunkwe prattika jew proċess, imwettqa fuq perjodu ta’ attività ta’ mill-inqas ħames snin, relatati mal-ġestjoni ta’ ambjent terrestri jew kostali u li jirriżultaw fil-qbid u l-ħżin temporanju tal-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku fir-raggruppamenti tal-karbonju bijoġeniku, jew fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija;
(11)
“ħżin tal-karbonju fil-prodotti” tfisser kwalunkwe prattika jew proċess li jaqbdu u jaħżnu l-karbonju atmosferiku jew bijoġeniku għal mill-inqas 35 sena fi prodotti li jservu fit-tul, jippermettu l-monitoraġġ fuq il-post tal-karbonju maħżun u huma ċċertifikati matul il-perjodu ta’ monitoraġġ;
(12)
“karbonju magħqud kimikament b’mod permanenti fil-prodotti” tfisser karbonju maħżun kimikament fi prodott bir-riżultat li ma jidħolx fl-atmosfera waqt l-użu normali tal-prodott, inkluż kwalunkwe attività normali li sseħħ wara tmiem il-ħajja tal-prodott, f’konformità mal-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE;
(13)
“ħżin ġeoloġiku tas-CO2” tfisser il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 1, tad-Direttiva 2009/31/KE;
(14)
“korp taċ-ċertifikazzjoni” tfisser korp indipendenti ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat jew rikonoxxut li jkun ikkonkluda ftehim ma’ skema taċ-ċertifikazzjoni biex iwettaq awditi taċ-ċertifikazzjoni u joħroġ ċertifikati tal-konformità;
(15)
“skema taċ-ċertifikazzjoni” tfisser organizzazzjoni li tiċċertifika l-konformità tal-attivitajiet u tal-operaturi bil-kriterji tal-kwalità u r-regoli taċ-ċertifikazzjoni stipulati f’dan ir-Regolament;
(16)
“awditu taċ-ċertifikazzjoni” tfisser awditu li jitwettaq minn korp taċ-ċertifikazzjoni;
(17)
“awditu taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid” tfisser awditu li jitwettaq fil-proċess tat-tiġdid ta’ ċertifikat tal-konformità maħruġ minn korp taċ-ċertifikazzjoni;
(18)
“ċertifikat tal-konformità” tfisser dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa minn korp taċ-ċertifikazzjoni li tiċċertifika li attività tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;
(19)
“unità tal-assorbiment permanenti tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju nett tal-assorbiment permanenti iċċertifikat tal-karbonju ġġenerata minn attività tal-assorbiment permanenti tal-karbonju u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12;
(20)
“unità ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju tat-tnaqqis nett iċċertifikat tal-emissjonijiet mill-ħamrija ġġenerata minn attività ta’ kultivazzjoni karbonika u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12;
(21)
“treġġigħ lura” tfisser, fil-każ ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2, it-tnixxija kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2009/31/KE u, għal attivitajiet oħra, ir-rilaxx volontarju jew involontarju lura fl-atmosfera tal-karbonju maqbud u maħżun minn attività;
(22)
“unità ta’ sekwestru fil-kuntest tal-kultivazzjoni karbonika” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju ċċertifikat tal-karbonju ġġenerata minn attività tal-kultivazzjoni karbonika u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12;
(23)
“unità ta’ ħżin tal-karbonju fil-prodotti” tfisser tunnellata metrika waħda ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju ċċertifikat tal-karbonju ġġenerata minn attività tal-ħżin tal-karbonju fil-prodotti u rreġistrata minn skema taċ-ċertifikazzjoni fir-reġistru taċ-ċertifikazzjoni tagħha jew, kif applikabbli, fir-reġistru tal-Unjoni previst fl-Artikolu 12. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|