6. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jingħataw, b’mod effettiv u f’waqtu, l-opportunità li jirrevedu d-data dwar is-saħħa tal-ħamrija u li jitolbu l-korrezzjoni ta’ kwalunkwe żball, qabel ma din id-data ssir pubblika permezz tal-portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom jiżguraw li tali opportunità tingħata wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe rapport ieħor li għandu jiġi ppubblikat fil-portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija u abbażi tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija.