+Artikolu 6 Qafas ta’ monitoraġġ għas-saħħa tal-ħamrija u għall-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
---+Artikolu 6 9
|
Artikolu 6 Qafas ta’ monitoraġġ għas-saħħa tal-ħamrija u għall-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta’ monitoraġġ (“qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija”) f’livell li jkun xieraq għad-deskritturi tal-ħamrija u l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija biex jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ regolari, koerenti u preċiż tas-saħħa tal-ħamrija u tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Annessi I u II.
Il-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija għandu jibni fuq oqfsa ta’ monitoraġġ eżistenti fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, data mill-istħarriġ qafas statistiku dwar l-użu tal-art/żona ta’ koperta (LUCAS).
Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jadattaw il-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija tagħhom għar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom sabiex iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawk ir-reġjuni.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw is-saħħa tal-ħamrija f’kull unità tal-ħamrija u l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija f’kull distrett tal-ħamrija.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Il-qafas ta’ monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq dawn li ġejjin:
|
(a)
|
id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha msemmija fl-Artikolu 7;
|
|
(b)
|
il-punti ta’ kampjunar li għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 9(1);
|
|
(c)
|
il-kejl tal-ħamrija li għandu jitwettaq mill-Istati Membri u, jekk ikun applikabbli, mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9(3) u (4);
|
|
(d)
|
id-data u l-prodotti ta’ telerilevament xjentifikament validi, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jekk ikun hemm;
|
|
(e)
|
l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu.
|
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandhom jingranaw id-data u l-prodotti eżistenti bbażati fl-ispazju mwassla taħt il-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696, biex, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, jesploraw possibbiltajiet fir-rigward ta’, u jiżviluppaw prodotti ta’ telerilevament tal-ħamrija, biex jipprovdu lill-Istati Membri bid-data meħtieġa dwar l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija u biex jappoġġaw lill-Istati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Sas-17 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni u l-EEA għandhom, abbażi tad-data eżistenti, jistabbilixxu portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija (il-“portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija”) biex jipprovdu aċċess f’format spazjali ġeoreferenzjat għal mill-inqas id-data disponibbli dwar is-saħħa tal-ħamrija, aggregata fil-livell tal-unità tal-ħamrija jew f’livell aktar dettaljat, li tirriżulta minn:
|
(a)
|
il-kejl tal-ħamrija msemmi fl-Artikolu 9(3) u (4);
|
|
(b)
|
id-data u l-prodotti rilevanti ta’ telerilevament tal-ħamrija msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
L-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-aċċess għaliha għandhom jitwettqu f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jingħataw, b’mod effettiv u f’waqtu, l-opportunità li jirrevedu d-data dwar is-saħħa tal-ħamrija u li jitolbu l-korrezzjoni ta’ kwalunkwe żball, qabel ma din id-data ssir pubblika permezz tal-portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom jiżguraw li tali opportunità tingħata wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe rapport ieħor li għandu jiġi ppubblikat fil-portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija u abbażi tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija.
|
|
Artikolu 6 7
|
7. Il-portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija jista’ jipprovdi wkoll aċċess għal data oħra relatata mas-saħħa tal-ħamrija minbarra d-data msemmija fil-paragrafu 5 jekk dik id-data relatata mas-saħħa tal-ħamrija tkun ġiet kondiviża jew miġbura f’konformità mal-formati jew il-metodi stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 6 8
|
8. Il-portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija ma għandux jipprovdi aċċess għad-data u l-informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħhom taffettwa ħażin is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali.
|
|
Artikolu 6 9
|
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formati jew metodi għall-kondiviżjoni jew il-ġbir tad-data msemmija f’dan l-Artikolu jew għall-integrazzjoni ta’ dik id-data fil-portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|