+Artikolu 9 7

Artikolu 9 7

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji, jew il-partijiet ikkuntrattati mil-laboratorji, li jwettqu l-kejl tal-ħamrija li għandhom isiru mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 japplikaw prattiki tas-sistema ta’ mmaniġġar tal-kwalità f’konformità mal-EN ISO/IEC-17025 jew ma’ standards ekwivalenti oħra aċċettati fil-livell tal-Unjoni jew dak internazzjonali, u jkollhom aċċess għal persunal ikkwalifikat kif xieraq b’taħriġ adegwat u għall-infrastruttura, it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex jitwettaq kejl tal-ħamrija.

Meta jivvalutaw il-konformità mal-prattiki tas-sistema ta’ mmaniġġar tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jqisu li huwa biżżejjed li jkollhom akkreditazzjoni waħda għal kwalunkwe metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija stipulati fl-Anness II, il-Parti B.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji, jew il-partijiet ikkuntrattati mil-laboratorji, li jwettqu l-kejl tal-ħamrija li għandhom isiru mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 juru l-kompetenzi tagħhom b’rabta mal-analiżi tal-mikjel rilevanti permezz ta’:

(a)

parteċipazzjoni fi programmi ta’ ttestjar tal-profiċjenza li jkopru l-metodi ta’ analiżi f’livelli ta’ konċentrazzjoni li huma rappreżentattivi tal-programmi ta’ monitoraġġ tal-ħamrija, jekk disponibbli;

(b)

analiżi ta’ materjali ta’ referenza li huma rappreżentattivi tal-kampjuni ta’ ħamrija miġbura li fihom livelli xierqa ta’ konċentrazzjoni, jekk disponibbli.

Meta l-Kummissjoni twettaq kejl tal-ħamrija skont il-paragrafi 3 u 4, dan il-paragrafu għandu japplika għall-Kummissjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.