+Artikolu 9 Kejl u metodoloġiji
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
---+Artikolu 9 9
---+Artikolu 9 10
---+Artikolu 9 11
---+Artikolu 9 12
---+Artikolu 9 13
|
Artikolu 9 Kejl u metodoloġiji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd tal-punti ta’ kampjunar u l-post tagħhom billi japplikaw il-metodoloġija stabbilita fl-Anness II, il-Parti A.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’mapep rilevanti tad-deskritturi tal-ħamrija, il-punti ta’ kampjunar inizjali u d-data rilevanti marbuta mal-punti ta’ kampjunar miġbura skont l-istħarriġ preċedenti LUCAS dwar il-ħamrija.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Wara li jiġi determinat l-għadd tal-punti ta’ kampjunar u l-post tagħhom u qabel ma jsir l-istħarriġ kampjunarju, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ħtieġa potenzjali għal appoġġ f’termini tal-kampjunar fuq il-post u analiżi tal-ħamrija kif ukoll kwalunkwe ħtieġa oħra relatata mal-istħarriġ kampjunarju.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet għal, u tistabbilixxi l-livell xieraq ta’, appoġġ f’koordinazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.
F’każ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ skont dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jadatta l-istħarriġ kampjunarju kif xieraq. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu fi ftehim bil-miktub l-arranġamenti prattiċi għal tali appoġġ.
Fil-każ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għal kampjunar fuq il-post, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq kampjunar in situ tal-ħamrija.
|
|
Artikolu 9 3
|
3. L-Istati Membri u, f’każ li l-Kummissjoni tagħti appoġġ f’konformità mal-paragrafu 2 skont il-ftehim bil-miktub imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha twettaq kejl tal-ħamrija billi tieħu kampjuni tal-ħamrija fil-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-paragrafu 1 u tiġbor, tipproċessa u tanalizza d-data kif rilevanti sabiex jiġu determinati dawn li ġejjin:
|
(a)
|
il-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I;
|
|
(b)
|
fejn rilevanti, il-valuri tad-deskritturi addizzjonali tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7(7).
|
L-Istati Membri għandhom ikunu eżentati milli jieħdu kampjuni tal-ħamrija minn ħamrija ssiġillata u minn żoni li jkunu għaddew minn tneħħija tal-ħamrija.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu ż-żoni li mhumiex f’riskju ta’ salinazzjoni mill-kejl tal-konduttività elettrika msemmija fl-Anness I, il-Parti A, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan, u jipprovdu spjegazzjoni.
Il-kampjunar in situ tal-ħamrija għandu jitwettaq skont il-kriterji minimi għall-metodoloġija għall-istħarriġ kampjunarju fuq il-post definiti fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 2.
Għad-deskritturi tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti C, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-punti ta’ kampjunar għal subsett rilevanti tal-għadd totali ta’ punti ta’ kampjunar iddeterminat f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
Għad-deskrittur dwar it-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Parti C, l-Istati Membri għandhom iwettqu kejl fuq mill-inqas 5 % tal-għadd totali tal-punti ta’ kampjunar iddeterminat f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Dment li d-data tkun inġabret fl-istess ċiklu ta’ monitoraġġ li matulu jkun twettaq l-istħarriġ kampjunarju u skont il-metodoloġiji msemmija fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 2, u l-Parti B, il-kejl tal-ħamrija li għandu jitwettaq mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jista’ jikkonsisti minn, fejn rilevanti, il-kejl magħmul:
|
(a)
|
mill-Istati Membri, skont in-networks ta’ monitoraġġ tal-ħamrija u l-istħarriġ tal-ħamrija nazzjonali jew sottonazzjonali eżistenti;
|
|
(b)
|
mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni u dak internazzjonali;
|
|
(c)
|
minn atturi privati, organizzazzjonijiet ta’ riċerka u partijiet oħra, fejn disponibbli.
|
Għat-twettiq tal-ewwel kejl tal-ħamrija kif imsemmi fil-paragrafu 8, iċ-ċiklu għall-ġbir tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu, safejn dik id-data tkun disponibbli, jibda fis-16 ta’ Diċembru 2024.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiġbru, jipproċessaw u janalizzaw id-data sabiex jiddeterminaw il-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
|
(a)
|
il-metodoloġiji biex jiġu determinati jew stimati l-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija stabbiliti fl-Anness II, il-Parti B;
|
|
(b)
|
il-kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija stipulati fl-Anness II, il-Parti C;
|
|
(c)
|
kwalunkwe rekwiżit stipulat mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu.
|
L-Istati Membri jistgħu japplikaw metodoloġiji oħrajn minbarra dawk elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan il-paragrafu, dment li jkunu disponibbli funzjonijiet ta’ trasferiment ivvalidati, kif meħtieġ fl-Anness II, il-parti B, ir-raba’ kolonna.
|
|
Artikolu 9 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji, jew il-partijiet ikkuntrattati mil-laboratorji, li jwettqu l-kejl tal-ħamrija li għandhom isiru mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 japplikaw prattiki tas-sistema ta’ mmaniġġar tal-kwalità f’konformità mal-EN ISO/IEC-17025 jew ma’ standards ekwivalenti oħra aċċettati fil-livell tal-Unjoni jew dak internazzjonali, u jkollhom aċċess għal persunal ikkwalifikat kif xieraq b’taħriġ adegwat u għall-infrastruttura, it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex jitwettaq kejl tal-ħamrija.
Meta jivvalutaw il-konformità mal-prattiki tas-sistema ta’ mmaniġġar tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jqisu li huwa biżżejjed li jkollhom akkreditazzjoni waħda għal kwalunkwe metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija stipulati fl-Anness II, il-Parti B.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji, jew il-partijiet ikkuntrattati mil-laboratorji, li jwettqu l-kejl tal-ħamrija li għandhom isiru mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 juru l-kompetenzi tagħhom b’rabta mal-analiżi tal-mikjel rilevanti permezz ta’:
|
(a)
|
parteċipazzjoni fi programmi ta’ ttestjar tal-profiċjenza li jkopru l-metodi ta’ analiżi f’livelli ta’ konċentrazzjoni li huma rappreżentattivi tal-programmi ta’ monitoraġġ tal-ħamrija, jekk disponibbli;
|
|
(b)
|
analiżi ta’ materjali ta’ referenza li huma rappreżentattivi tal-kampjuni ta’ ħamrija miġbura li fihom livelli xierqa ta’ konċentrazzjoni, jekk disponibbli.
|
Meta l-Kummissjoni twettaq kejl tal-ħamrija skont il-paragrafi 3 u 4, dan il-paragrafu għandu japplika għall-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 9 8
|
8. L-Istati Membri u, fil-każ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ewwel kejl tal-ħamrija jitwettaq sas-17 ta’ Diċembru 2030.
|
|
Artikolu 9 9
|
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir kejl ġdid tal-ħamrija kull sitt snin f’kampanja ta’ kampjunar waħda jew bħala parti minn skema ta’ kampjunar kontinwu matul il-perjodu rilevanti ta’ sitt snin.
|
|
Artikolu 9 10
|
10. B’deroga mill-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, qabel it-tieni kampanja ta’ kampjunar u kampanji sussegwenti, li ma jwettqux kejl ġdid tal-ħamrija għal deskrittur tal-ħamrija f’parti mit-territorju tagħhom jew fit-territorju kollu tagħhom jekk ikun raġonevoli u ġustifikat li jkun mistenni, abbażi ta’ data miġbura preċedentement skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 6, 7 u 8, u abbażi tal-użu ta’ evidenza xjentifika, inkluż mudelli predittivi tal-ħamrija, bl-appoġġ ta’ ammont statistikament sinifikanti ta’ data fuq il-post, f’termini ta’ kopertura ġeografika u temporali, li l-valur ta’ tali deskrittur tal-ħamrija ma jkunx inbidel b’mod sinifikanti mill-aħħar ċiklu ta’ monitoraġġ f’dak li jirrigwarda l-inċertezza tal-kejl. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din mingħajr dewmien żejjed.
Id-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika fir-rigward tat-twettiq ta’ kejl tal-ħamrija għall-istess deskrittur fuq żewġ kampanji konsekuttivi ta’ kampjunar.
|
|
Artikolu 9 11
|
11. Għal kull ċiklu ta’ monitoraġġ, l-Istati Membri għandhom jaħżnu għal mill-inqas żewġ ċikli ta’ monitoraġġ subsett rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħamrija, f’arkivji tal-ħamrija ddedikati. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jaħżnux kampjuni tal-ħamrija mir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom.
Meta l-Istati Membri jaħżnu l-kampjuni tal-ħamrija fl-arkivji tal-ħamrija ddedikati tagħhom, huma għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal tali kampjuni tal-ħamrija u għall-użu tagħhom.
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jittrasferixxu subsett rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħamrija tagħhom għall-arkivju tal-ħamrija ddedikat tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tipprevedi għal dak it-trasferiment. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi rigward il-ġarr ta’ dawk il-kampjuni tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Istati Membri kwalunkwe riżultat li joħroġ minn kontrolli ulterjuri tal-parametri rilevanti jew analiżi futura ta’ parametri emerġenti ġodda. Il-Kummissjoni għandha taħżen il-kampjuni tal-ħamrija skont il-protokoll tal-arkivjar tagħha.
|
|
Artikolu 9 12
|
12. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija jiġu aġġornati mill-inqas kull tliet snin, abbażi tal-informazzjoni disponibbli.
|
|
Artikolu 9 13
|
13. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21 biex temenda l-Anness II, il-Parti B, sabiex tadatta l-metodoloġiji ta’ referenza msemmija fih skont il-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari meta l-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija jkunu jistgħu jiġu ddeterminati permezz tal-prodotti ta’ telerilevament tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 6(4).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|