+Artikolu 24 Appoġġ mill-Kummissjoni
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
|
Artikolu 24 Appoġġ mill-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri l-appoġġ, l-assistenza u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet meħtieġa sabiex tgħinhom iwettqu l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tfassal dokumenti u tiżviluppa għodod xjentifiċi li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jiffaċilitawhom:
|
(a)
|
jistabbilixxu qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija u jiddeterminaw in-numru u l-post tal-punti ta’ kampjunar tagħhom skont l-Artikolu 9(1) u (2) u l-Anness II, il-Parti A, il-punt 1;
|
|
(b)
|
jistabbilixxu l-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u l-valuri ta’ skattar operazzjonali għad-deskritturi tal-ħamrija skont l-Artikolu 7(2) u l-Anness I, il-Partijiet A u B;
|
|
(c)
|
jistabbilixxu l-lista tagħhom ta’ kontaminanti organiċi li għandhom jiġu mmonitorjati skont l-Artikolu 7(3) u l-Anness I, il-Parti B;
|
|
(d)
|
jivvalutaw iż-żoni mhux f’riskju ta’ salinazzjoni li jistgħu jiġu esklużi mill-kejl tal-konduttività elettrika skont l-Artikolu 9(3), it-tielet subparagrafu, u l-Anness I, il-Parti A;
|
|
(e)
|
iwettqu kampjunar in situ tad-deskritturi tal-ħamrija f’konformità mal-Artikolu 9(3), ir-raba’ subparagrafu u l-Anness II, il-Parti A, il-punt 2;
|
|
(f)
|
jiddeterminaw il-valuri tal-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija skont l-Artikolu 9(5) u f’konformità mal-Anness II, il-Parti C;
|
|
(g)
|
jiddeterminaw jew jagħmlu stima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija skont l-Artikolu 9(6) u l-Anness II, il-Parti B;
|
|
(h)
|
jidentifikaw u jivvalutaw kwalunkwe telf kritiku tas-servizzi tal-ekosistema u l-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija fuq it-telf tas-servizzi tal-ekosistema skont l-Artikolu 10(3);
|
|
(i)
|
jidentifikaw is-siti potenzjalment ikkontaminati u jistabbilixxu lista ta’ attivitajiet potenzjalment kontaminanti skont l-Artikolu 14;
|
|
(j)
|
jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit ta’ siti kkontaminati, filwaqt li jqisu l-prattiki komuni, il-metodoloġiji u d-data tossikoloġika skont l-Artikolu 16; u
|
|
(k)
|
jipprovdu, fil-livell lokali, informazzjoni dwar miżuri u prattiki biex tiżdied ir-reżiljenza tal-ħamrija skont l-Artikolu 11(1), il-punt (d), billi jipprovdu u jaġġornaw regolarment repożitorju ta’ għarfien dwar ir-reżiljenza tal-ħamrija li jkun fih informazzjoni prattika dwar il-prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija.
|
|
|
Artikolu 24 2
|
2. Id-dokumenti u l-għodod xjentifiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:
|
(a)
|
fir-rigward tal-punt (a), sas-17 ta’ Diċembru 2026;
|
|
(b)
|
fir-rigward tal-punti (b), (c), (e) u (j), sas-17 ta’ Ġunju 2027;
|
|
(c)
|
fir-rigward tal-punt (i), sas-17 ta’ Diċembru 2027;
|
|
(d)
|
fir-rigward tal-punti (d), (f) u (g), sas-17 ta’ Diċembru 2028;
|
|
(e)
|
fir-rigward tal-punt (h), sas-17 ta’ Diċembru 2029.
|
|
|
Artikolu 24 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji regolari ta’ informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u, fejn rilevanti, partijiet ikkonċernati oħra dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-ewwel skambju għandu jsir sas-17 ta’ Marzu 2026.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambji ta’ informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattiki msemmija fl-ewwel subparagrafu, u fejn ikun rilevanti, tagħti rakkomandazzjonijiet jew linji gwida lill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex tiżgura, fejn xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għad-distretti tal-ħamrija ġirien li fihom ikun hemm effetti transkonfinali fuq il-ħamrija, it-tipi ta’ ħamrija komparabbli jew l-użi tal-art tul il-fruntiera tad-distrett tal-ħamrija, jiskambjaw l-aħjar prattiki, u jistinkaw biex jiksbu approċċ koerenti fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|