+Artikolu 25 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2

Artikolu 25 Evalwazzjoni u rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   Sas-17 ta’ Ġunju 2033, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva biex tivvaluta l-progress li sar biex jinkisbu l-objettivi tagħha u l-ħtieġa li tiġi emendata sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi biex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin:

(a)

l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)

id-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19;

(c)

id-data xjentifika u analitika rilevanti, inkluż ir-riżultati minn proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;

(d)

analiżi tal-progress li fadal isir biex tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050;

(e)

analiżi tal-effettività tal-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri biex jittejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija;

(f)

analiżi tal-ħtieġa possibbli li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari fir-rigward tal-punti li ġejjin:

(i)

id-definizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha;

(ii)

l-istabbiliment ta’ kriterji għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti C, u l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D;

(iii)

iż-żieda ta’ deskritturi ġodda tal-ħamrija għal finijiet ta’ monitoraġġ jew l-aġġustament ta’ deskritturi tal-ħamrija u kriterji eżistenti għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha elenkati fl-Anness I;

(iv)

il-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u l-valuri ta’ skattar operazzjonali għad-deskritturi tal-ħamrija skont l-Artikolu 7(2) u l-Anness I, il-Partijiet A u B, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, l-objettiv li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern;

(v)

il-possibbiltà li jiġi stabbilit perċentwal ogħla ta’ subsett ta’ punti ta’ kampjunar magħżula għall-analiżi tad-deskritturi tal-bijodiversità tal-ħamrija msemmija fl-Anness I, il-Parti C, abbażi tar-riżultati tal-ewwel ċiklu ta’ monitoraġġ.

Artikolu 25 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.