|
+Artikolu 1 1. |
Artikolu 1 1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri li jsaħħu l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi, b’mod partikolari billi jistabbilixxi:
(a)
network pan-Ewropew taċ-ċentri ċibernetiċi (“Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà”) biex jinbnew u jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ identifikazzjoni koordinata u tal-għarfien sitwazzjonali komuni;
(b)
Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, fir-rispons għalihom, fil-mitigazzjoni tal-impatt tagħhom u biex jingħata bidu għall-irkupru minnhom u biex jiġu appoġġati utenti oħra fir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira;
(c)
Mekkaniżmu Ewropew tar-Rieżami tal-Inċidenti taċ-Ċibersigurtà biex jiġu rrieżaminati u vvalutati inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|