+Artikolu 1 Suġġett u objettivi
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
|
Artikolu 1 Suġġett u objettivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri li jsaħħu l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi, b’mod partikolari billi jistabbilixxi:
(a)
network pan-Ewropew taċ-ċentri ċibernetiċi (“Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà”) biex jinbnew u jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ identifikazzjoni koordinata u tal-għarfien sitwazzjonali komuni;
(b)
Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, fir-rispons għalihom, fil-mitigazzjoni tal-impatt tagħhom u biex jingħata bidu għall-irkupru minnhom u biex jiġu appoġġati utenti oħra fir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira;
(c)
Mekkaniżmu Ewropew tar-Rieżami tal-Inċidenti taċ-Ċibersigurtà biex jiġu rrieżaminati u vvalutati inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Dan ir-Regolament isegwi l-objettivi ġenerali li tissaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u tas-servizzi fl-Unjoni fl-ekonomija diġitali, fosthom il-mikroimpriżi, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll in-negozji l-ġodda u li jingħata kontribut għas-sovranità teknoloġika u għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà, inkluż billi tingħata spinta lill-innovazzjoni fis-Suq Uniku Diġitali. Ir-Regolament isegwi dawk l-objettivi billi jsaħħaħ is-solidarjetà fil-livell tal-Unjoni, isaħħaħ l-ekosistema taċ-ċibersigurtà, issaħħaħ ir-reżiljenza ċibernetika tal-Istati Membri u jiżviluppa l-ħiliet, l-għarfien espert, il-kapaċitajiet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol fir-rigward taċ-ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Il-kisba tal-objettivi ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi segwita permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a)
li jissaħħu l-kapaċitajiet komuni ta’ identifikazzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni u l-għarfien sitwazzjonali komuni tal-inċidenti u t-theddid ċibernetiċi;
(b)
li tissaħħaħ it-tħejjija tal-entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ kritiċità għolja jew tal-entitajiet li joperaw f’setturi kritiċi oħra madwar l-Unjoni u li tissaħħaħ is-solidarjetà billi jiġi żviluppat testjar ikkordinat tat-tħejjija u kapaċitajiet imsaħħa tar-rispons u l-irkupru biex jindirizzaw inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira, inkluż il-possibbiltà li l-appoġġ tar-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni jkun disponibbli għall-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP;
(c)
li tittejjeb ir-reżiljenza tal-Unjoni u li jingħata kontribut għal rispons effettiv għall-inċidenti billi jiġu rieżaminati u vvalutati inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, inkluż billi jinġabru t-tagħlimiet meħuda u, meta jkun xieraq, isiru rakkomandazzjonijiet.
|
|
Artikolu 1 4.
|
L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jitwettqu bir-rispett dovut għall-kompetenzi tal-Istati Membri u għandhom ikunu komplementari għall-attivitajiet imwettqa min-network tas-CSIRTs, mill-EU-CyCLONe u mill-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS.
|
|
Artikolu 1 5.
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet Statali essenzjali tal-Istati Membri, inkluż l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat, iż-żamma tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali. B’mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa’ r-responsabbiltà unika ta’ kull Stat Membru.
|
|
Artikolu 1 6.
|
Il-kondiviżjoni jew l-iskambju tal-informazzjoni skont dan ir-Regolament li jkunu kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali għandhom ikunu limitati għal dak rilevanti u proporzjonat għall-fini ta’ dik il-kondiviżjoni jew dak l-iskambju. Tali kondiviżjoni jew skambju ta’ informazzjoni għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipproteġu s-sigurtà u l-interessi kummerċjali tal-entitajiet ikkonċernati. Ma għandhomx jinvolvu l-forniment ta’ informazzjoni, li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-interessi essenzjali tal-Istati Membri għas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|