|
+Artikolu 1 3. |
Artikolu 1 3.Il-kisba tal-objettivi ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi segwita permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a)
li jissaħħu l-kapaċitajiet komuni ta’ identifikazzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni u l-għarfien sitwazzjonali komuni tal-inċidenti u t-theddid ċibernetiċi;
(b)
li tissaħħaħ it-tħejjija tal-entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ kritiċità għolja jew tal-entitajiet li joperaw f’setturi kritiċi oħra madwar l-Unjoni u li tissaħħaħ is-solidarjetà billi jiġi żviluppat testjar ikkordinat tat-tħejjija u kapaċitajiet imsaħħa tar-rispons u l-irkupru biex jindirizzaw inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira, inkluż il-possibbiltà li l-appoġġ tar-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni jkun disponibbli għall-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP;
(c)
li tittejjeb ir-reżiljenza tal-Unjoni u li jingħata kontribut għal rispons effettiv għall-inċidenti billi jiġu rieżaminati u vvalutati inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, inkluż billi jinġabru t-tagħlimiet meħuda u, meta jkun xieraq, isiru rakkomandazzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|