|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Ċentru Ċibernetiku Nazzjonali għandu jkun entità waħda li taġixxi taħt l-awtorità ta’ Stat Membru. Jista’ jkun CSIRT, jew meta applikabbli, awtorità nazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi jew awtorità kompetenti oħra maħtura jew stabbilita skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, jew entità oħra. Iċ-Ċentru Ċibernetiku Nazzjonali għandu:
(a)
ikollu l-kapaċità li jaġixxi bħala punt ta’ referenza u portal għal organizzazzjonijiet pubbliċi u privati oħra fil-livell nazzjonali għall-ġbir u l-analizzar tal-informazzjoni dwar it-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi u li jikkontribwixxi għal Ċentru Ċibernetiku Transfruntier kif imsemmi fl-Artikolu 5; u
(b)
ikun kapaċi jidentifika, jaggrega u janalizza data u informazzjoni rilevanti għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi, bħall-intelliġenza dwar it-theddid ċibernetiku, billi juża b’mod partikolari teknoloġiji mill-aktar avvanzati, bl-għan li jipprevjeni l-inċidenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|