+Artikolu 4 Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.

Artikolu 4 Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Meta Stat Membru jiddeċiedi li jipparteċipa fis-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà għandu jaħtar jew, meta jkun applikabbli, jistabbilixxi Ċentru Ċibernetiku Nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4 2.

Ċentru Ċibernetiku Nazzjonali għandu jkun entità waħda li taġixxi taħt l-awtorità ta’ Stat Membru. Jista’ jkun CSIRT, jew meta applikabbli, awtorità nazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi jew awtorità kompetenti oħra maħtura jew stabbilita skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, jew entità oħra. Iċ-Ċentru Ċibernetiku Nazzjonali għandu:

(a) 

ikollu l-kapaċità li jaġixxi bħala punt ta’ referenza u portal għal organizzazzjonijiet pubbliċi u privati oħra fil-livell nazzjonali għall-ġbir u l-analizzar tal-informazzjoni dwar it-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi u li jikkontribwixxi għal Ċentru Ċibernetiku Transfruntier kif imsemmi fl-Artikolu 5; u

(b) 

ikun kapaċi jidentifika, jaggrega u janalizza data u informazzjoni rilevanti għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi, bħall-intelliġenza dwar it-theddid ċibernetiku, billi juża b’mod partikolari teknoloġiji mill-aktar avvanzati, bl-għan li jipprevjeni l-inċidenti.

Artikolu 4 3.
Bħala parti mill-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, iċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali jistgħu jikkooperaw ma’ entitajiet tas-settur privat biex jiskambjaw data u informazzjoni rilevanti għall-fini tal-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ theddid u inċidenti ċibernetiċi, inkluż ma’ komunitajiet settorjali u transsettorjali ta’ entitajiet essenzjali u importanti kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Meta jkun xieraq u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali, l-informazzjoni mitluba jew riċevuta miċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali tista’ tinkludi data dwar it-telemetrija, is-sensuri u l-illoggjar.
Artikolu 4 4.
Stat Membru magħżul skont l-Artikolu 9(1) għandu jimpenja ruħu li japplika biex iċ-Ċentru Ċibernetiku Nazzjonali tiegħu jipparteċipa f’Ċentru Ċibernetiku Transfruntier.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.