|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.Fi proċeduri tal-akkwist għall-fini tal-istabbiliment tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, l-awtorità kontraenti għandha taġixxi f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
tiżgura li s-servizzi inklużi fir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, meta meqjusin fit-totalità tagħhom, ikun tali li r-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà tinkludi servizzi li jistgħu jintużaw fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tqis b’mod partikolari r-rekwiżiti nazzjonali għall-forniment ta’ dawn is-servizzi, inkluż rigward il-lingwi, iċ-ċertifikazzjoni jew l-akkreditament;
(b)
tiżgura l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
(c)
tiżgura li r-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà tikseb il-valur miżjud lill-Unjoni, billi tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/694, inkluża l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|