+Artikolu 17 Fornituri fdati ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
|
Artikolu 17 Fornituri fdati ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Fi proċeduri tal-akkwist għall-fini tal-istabbiliment tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, l-awtorità kontraenti għandha taġixxi f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
tiżgura li s-servizzi inklużi fir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, meta meqjusin fit-totalità tagħhom, ikun tali li r-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà tinkludi servizzi li jistgħu jintużaw fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tqis b’mod partikolari r-rekwiżiti nazzjonali għall-forniment ta’ dawn is-servizzi, inkluż rigward il-lingwi, iċ-ċertifikazzjoni jew l-akkreditament;
(b)
tiżgura l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
(c)
tiżgura li r-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà tikseb il-valur miżjud lill-Unjoni, billi tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/694, inkluża l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Meta takkwista servizzi għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, l-awtorità kontraenti għandha tinkludi l-kriterji u r-rekwiżiti li ġejjin fid-dokumenti tal-akkwist:
(a)
il-fornitur għandu juri li l-persunal tiegħu għandu l-ogħla grad ta’ integrità professjonali, indipendenza, responsabbiltà, u l-kompetenza teknika meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet fil-qasam speċifiku tiegħu, u jiżgura l-permanenza u kontinwità tal-għarfien espert kif ukoll ir-riżorsi tekniċi meħtieġa;
(b)
il-fornitur, u kwalunkwe sussidjarja u sottokuntrattur rilevanti, għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata u għandhom ikollhom fis-seħħ miżuri xierqa, fosthom, meta rilevanti, ftehimiet stipulati bejniethom biex jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-servizz, u b’mod partikolari l-evidenza, is-sejbiet u r-rapporti;
(c)
il-fornitur għandu jforni prova biżżejjed li l-istruttura tal-governanza tiegħu hi trasparenti, u li mhix probabbli li tikkomprometti l-imparzjalità tiegħu u l-kwalità tas-servizzi tiegħu jew li tikkawża kunflitti ta’ interess;
(d)
il-fornitur għandu jkollu approvazzjoni tas-sigurtà xierqa, tal-anqas għall-persunal maħsub għall-użu tas-servizz, meta meħtieġ minn Stat Membru;
(e)
il-fornitur għandu jkollu l-livell rilevanti tas-sigurtà għas-sistemi informatiċi tiegħu;
(f)
il-fornitur għandu jkun attrezzat bil-hardware u bis-software meħtieġa biex jappoġġa s-servizz mitlub, li ma għandux ikun fih vulnerabbiltajiet magħrufin sfruttabbli, għandu jinkludi l-aktar aġġornamenti reċenti fil-qasam tas-sigurtà u għandu, fi kwalunkwe każ, jikkonforma ma’ kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli tar-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
(g)
il-fornitur għandu jkun jista’ juri li għandu esperjenza fil-forniment ta’ servizzi simili lill-awtoritajiet rilevanti, lill-entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ kritiċità għolja jew entitajiet li joperaw f’setturi kritiċi oħra;
(h)
il-fornitur għandu jkun jista’ jforni s-servizz fi żmien qasir fl-Istati Membri fejn ikun jista’ jagħti s-servizz;
(i)
il-fornitur għandu jkun jista’ jforni s-servizz b’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif meħtieġ, jekk ikun hemm, mill-Istati Membri jew mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punti (b) u (c) fejn il-fornitur ikun jista’ jagħti s-servizz.
(j)
ladarba tiddaħħal skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti skont ir-Regolament (UE) 2019/881, il-fornitur għandu jiġi ċċertifikat f’konformità ma’ dik l-iskema fi żmien sentejn mid-data tal-applikazzjoni tal-iskema.
(k)
il-fornitur fl-offerta għandu jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ konverżjoni għal kwalunkwe servizz tar-rispons għall-inċidenti li ma jkunx intuża li jkun jista’ jiġi konvertit f’servizzi tat-tħejjija relatati mill-qrib mar-rispons għall-inċidenti, pereżempju eżerċizzji jew taħriġ.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Għall-finijiet ta’ akkwist ta’ servizzi għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurta, l-awtorità kontraenti tista’, meta jkun xieraq, tiżviluppa kriterji u rekwiżiti barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|