+Artikolu 4 Moviment liberu
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4

Artikolu 4 Moviment liberu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-imballaġġ għandu jitqiegħed fis-suq biss jekk jikkonforma ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 4 2

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' imballaġġ li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà, tat-tikkettar u tal-informazzjoni stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 4 3

3.   Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jżommu jew jintroduċu rekwiżiti tas-sostenibbiltà nazzjonali, jew rekwiżiti tal-informazzjoni addizzjonali ma' dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu f'kunflitt ma' dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ li jikkonforma ma' dan ir-Regolament minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti nazzjonali.

Artikolu 4 4

4.   F'fieri kummerċjali, wirjiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri tal-imballaġġ li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b'mod ċar li imballaġġ bħal dan ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament u li ma huwiex għall-bejgħ sakemm isir konformi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.