+Artikolu 8 Materja prima b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2

Artikolu 8 Materja prima b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Sat-12 ta’ Frar 2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-istat tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-prestazzjoni ambjentali tal-imballaġġ tal-plastik b'bażi bijoloġika filwaqt li tqis il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (63).

Artikolu 8 2

2.   Abbażi tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex:

(a)

tistabbilixxi rekwiżiti ta' sostenibbiltà għall-materja prima b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik;

(b)

tistabbilixxi miri għaż-żieda tal-użu ta' materja prima tal-plastik b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik;

(c)

tintroduċi l-possibbiltà li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) ta' dan ir-Regolament billi tintuża materja prima tal-plastik b'bażi bijoloġika minflok kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur f'każ li ma jkunux disponibbli teknoloġiji tar-riċiklaġġ adatti għall-imballaġġ li jiġi f'kuntatt mal-ikel li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/1616;

(d)

temenda, fejn xieraq, id-definizzjoni ta' plastik b'bażi bijoloġika stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (53).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.