3. Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju jew jaġġornaw, kif xieraq, l-istandards armonizzati li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u l-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ skont dan ir-Regolament. Għall-biċċa l-kbira tat-tipi u l-formati komuni tal-imballaġġ, tali standards għandhom jispeċifikaw il-limiti massimi adegwati tal-piż u tal-volum, u, fejn xieraq, il-ħxuna tas-saffi u l-ispazju vojt massimu.