+Artikolu 10 Minimizzazzjoni tal-imballaġġ
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4

Artikolu 10 Minimizzazzjoni tal-imballaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Sal-1 ta' Jannar 2030, il-manifattur jew l-importatur għandu jiżgura li l-imballaġġ li jitqiegħed fis-suq ikun iddisinjat b'tali mod li l-piż u l-volum tiegħu jitnaqqsu għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tiegħu filwaqt li jitqiesu l-forma u l-materjal li minnu jkun magħmul l-imballaġġ.

Artikolu 10 2

2.   Il-manifattur jew l-importatur għandu jiżgura li l-imballaġġ li ma jikkonformax mal-kriterji tal-prestazzjoni stipulati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament u l-imballaġġ b'karatteristiċi li jimmiraw biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott, inkluż saffi doppji, qigħan foloz u saffi mhux meħtieġa, ma jitqiegħedx fis-suq, sakemm:

(a)

id-disinn tal-imballaġġ ma jkunx protett minn disinn Komunitarju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (64) jew minn drittijiet tad-disinn fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65), inkluż ftehimiet internazzjonali li għandhom effett f'wieħed mill-Istati Membri, jew sakemm il-forma tiegħu ma tkunx trademark fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66) jew tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (67), inkluż trademarks irreġistrati skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett f'wieħed mill-Istati Membri, id-drittijiet tad-disinn u t-trademarks ma jkunux protetti qabel il-11 ta’ Frar 2025, u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu ma taffettwax id-disinn tal-imballaġġ b'mod li jbiddel in-novità jew il-karattru individwali tiegħu, jew ma jaffettwax it-trademark b'mod li t-trademark ma tibqax kapaċi tiddistingwi l-prodott immarkat minn dawk ta' impriżi oħra; jew

(b)

il-prodott jew ix-xarba ppakkjata ma jibbenefikawx minn indikazzjoni ġeografika protetta skont il-liġi tal-Unjoni, bħal skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-inbid jew ir-Regolament (UE) 2019/787 għax-xorb spirituż jew ir-Regolament (UE) 2023/2411 għall-prodotti artiġjanali u industrijali, jew huma koperti minn skema tal-kwalità kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2024/1143.

Artikolu 10 3

3.   Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju jew jaġġornaw, kif xieraq, l-istandards armonizzati li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u l-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ skont dan ir-Regolament. Għall-biċċa l-kbira tat-tipi u l-formati komuni tal-imballaġġ, tali standards għandhom jispeċifikaw il-limiti massimi adegwati tal-piż u tal-volum, u, fejn xieraq, il-ħxuna tas-saffi u l-ispazju vojt massimu.

Artikolu 10 4

4.   Il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII, li għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)

spjegazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-kundizzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-imballaġġ skont il-kriterji tal-prestazzjoni u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness IV;

(b)

għal kull wieħed minn dawk il-kriterji tal-prestazzjoni, l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti tad-disinn li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri tal-piż jew tal-volum tal-imballaġġ;

(c)

kwalunkwe riżultat tat-test, studju jew sorsi rilevanti oħra, bħall-immudellar u s-simulazzjoni, użati biex jiġi vvalutat il-volum jew il-piż minimu meħtieġ tal-imballaġġ.

Għall-imballaġġ riutilizzabbli, il-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tqis il-karatteristiċi tal-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża, u qabel kollox ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.