+Artikolu 11 Imballaġġ riutilizzabbli
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
|
Artikolu 11 Imballaġġ riutilizzabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. L-imballaġġ imqiegħed fis-suq mill-11 ta’ Frar 2025 għandu jitqies li jkun riutilizzabbli meta jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
ikun ġie maħsub, iddisinjat u mqiegħed fis-suq bl-objettiv li jerġa' jintuża diversi drabi;
|
|
(b)
|
ikun ġie maħsub u ddisinjat biex iwettaq kemm jista' jkun rotazzjonijiet f'kundizzjonijiet tal-użu normalment prevedibbli;
|
|
(c)
|
jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli fir-rigward tas-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza u l-iġjene;
|
|
(d)
|
jista' jitbattal jew jinħatt mingħajr ma ssirlu ħsara b'tali mod li twaqqaf il-funzjonament ulterjuri u l-użu mill-ġdid tiegħu;
|
|
(e)
|
jista' jitbattal, jinħatt, jerġa' jimtela jew jerġa' jitgħabba filwaqt li jinżammu l-kwalità u s-sikurezza tal-prodott fl-imballaġġ u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza u tal-iġjene, inkluż dawk dwar is-sikurezza tal-ikel;
|
|
(f)
|
jista' jiġi rikondizzjonat f'konformità mal-Parti B tal-Anness VI, filwaqt li jżomm il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjoni maħsuba tiegħu;
|
|
(g)
|
jippermetti t-twaħħil tat-tikketta u l-għoti tal-informazzjoni dwar il-proprjetajiet ta' dak il-prodott u dwar l-imballaġġ innifsu, inkluż kwalunkwe struzzjoni u informazzjoni rilevanti biex jiġu żgurati s-sikurezza, l-użu adegwat, it-traċċabbiltà u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott;
|
|
(h)
|
jista' jitbattal, jinħatt, jerġa' jimtela jew jerġa' jitgħabba mingħajr riskju għas-saħħa u s-sikurezza ta' dawk responsabbli biex jagħmlu dan; u
|
|
(i)
|
jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi għall-imballaġġ riċiklabbli stipulati fl-Artikolu 6, sabiex ikun jista' jiġi riċiklat meta jsir skart.
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 64 sabiex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi għadd minimu għar-rotazzjonijiet għall-imballaġġ riutilizzabbli, għall-fini tal-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu għall-formati tal-imballaġġ li jintużaw l-aktar ta' spiss fl-użu mill-ġdid, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-iġjene u rekwiżiti oħra bħal-loġistika.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmi fl-Anness VII.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|