2. Imballaġġ riutilizzabbli mqiegħed fis-suq mit-12 ta’ Frar 2029 jew 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6, skont liema tiġi l-aħħar, għandu jkollu tikketta li tinforma lill-utenti li l-imballaġġ huwa riutilizzabbli. Aktar informazzjoni dwar ir-riutilizzabbiltà, inkluż id-disponibbiltà ta' sistema lokali, nazzjonali jew fl-Unjoni kollha għall-użu mill-ġdid u informazzjoni dwar punti tal-ġbir, għandha tkun disponibbli permezz ta' kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali li jiffaċilita it-traċċar tal-imballaġġ u l-kalkolu ta' vjaġġi u rotazzjonijiet jew, jekk dak il-kalkolu ma jkunx fattibbli, stima medja. Barra minn hekk, l-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli għandu jiġi identifikat b'mod ċar u distint mill-imballaġġ li jintuża darba biss fil-punt tal-bejgħ.