+Artikolu 12 Tikkettar tal-imballaġġ
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7
---+Artikolu 12 8
---+Artikolu 12 9
---+Artikolu 12 10
---+Artikolu 12 11
---+Artikolu 12 12
|
Artikolu 12 Tikkettar tal-imballaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. Mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafi 6 jew 7 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, l-imballaġġ imqiegħed fis-suq għandu jiġi mmarkat b'tikketta armonizzata li jkun fiha informazzjoni dwar il-kompożizzjoni materjali tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur. It-tikketta għandha tkun ibbażata fuq pittogrammi u tkun tinftiehem faċilment, inkluż għall-persuni b'diżabbiltà. Għall-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 9(1) u, fejn applikabbli, l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 9(2), it-tikketta għandha tindika li l-materjal huwa kompostabbli, li mhuwiex adatt għall-ikkompostjar domestiku, u li l-imballaġġ kompostabbli ma għandux jintrema fin-natura. Bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, dan l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ għat-trasport jew għall-imballaġġ li huwa soġġett għal sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.
L-imballaġġ imqiegħed fis-suq li jkun fih sustanzi ta’ tħassib għandu jiġi mmarkat permezz ta’ teknoloġiji standardizzati, miftuħa u tal-immarkar diġitali f’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu.
Flimkien mat-tikketta armonizzata msemmija f'dan il-paragrafu, operaturi ekonomiċi jistgħu jqiegħdu kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali, fuq l-imballaġġ li jkun fih informazzjoni dwar id-destinazzjoni ta' kull komponent separat tal-imballaġġ sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur.
L-imballaġġ li huwa soġġett għas-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu kif imsemmija fl-Artikolu 50(1) għandu jiġi mmarkat b'tikketta ċara u mhux ambigwa. Minbarra t-tikketta nazzjonali, l-imballaġġ jista' jiġi mmarkat b'tikketta bil-kulur armonizzata stabbilita fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-imballaġġ li huwa soġġett għal sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jiġi mmarkat b'dik it-tikketta bil-kulur armonizzata, dment li dan ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew ostakli għall-kummerċ għall-prodotti minn Stati Membri oħra.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Imballaġġ riutilizzabbli mqiegħed fis-suq mit-12 ta’ Frar 2029 jew 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6, skont liema tiġi l-aħħar, għandu jkollu tikketta li tinforma lill-utenti li l-imballaġġ huwa riutilizzabbli. Aktar informazzjoni dwar ir-riutilizzabbiltà, inkluż id-disponibbiltà ta' sistema lokali, nazzjonali jew fl-Unjoni kollha għall-użu mill-ġdid u informazzjoni dwar punti tal-ġbir, għandha tkun disponibbli permezz ta' kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali li jiffaċilita it-traċċar tal-imballaġġ u l-kalkolu ta' vjaġġi u rotazzjonijiet jew, jekk dak il-kalkolu ma jkunx fattibbli, stima medja. Barra minn hekk, l-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli għandu jiġi identifikat b'mod ċar u distint mill-imballaġġ li jintuża darba biss fil-punt tal-bejgħ.
|
|
Artikolu 12 3
|
3. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit li jkun hemm tikketta u kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali ma għandux japplika għal sistemi b'ċirkwit miftuħ li ma jkollhomx operatur tas-sistema f'konformità mal-Anness VI.
|
|
Artikolu 12 4
|
4. Meta l-imballaġġ li għalih japplika l-Artikolu 7 jitqiegħed fis-suq mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, u jkun immarkat b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat, dik it-tabella u, fejn applikabbli, il-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali, għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija stabbilita skont l-Artikolu 7(8). Meta l-imballaġġ ikun immarkat b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut tal-plastik b'bażi bijoloġika, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 12 5
|
5. It-tikketti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jitwaħħlu, jiġu stampati jew jitnaqqxu u jkunu jidhru, jistgħu jinqraw u ma jinqalgħux minn fuq l-imballaġġ, sabiex ma jkunux jistgħu jitħassru faċilment. L-informazzjoni li tinsab fihom għandha tkun disponibbli wkoll għall-utenti finali qabel ix-xiri tal-prodott permezz ta' bejgħ online. Meta tali twaħħil, stampar jew tinqix ma jkunx possibbli jew ma jkunx approvat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ, it-tikketta, il-kodiċi QR jew il-mezz l-ieħor tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali għandhom jitwaħħlu fuq l-imballaġġ kollettiv. Meta anki dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ jew meta jkun rilevanti li jiġi previst aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni minn gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari persuni b'insuffiċjenza fil-vista, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' kodiċi wieħed li jinqara elettronikament jew tip ieħor ta' mezz tad-data.
L-informazzjoni li tinsab fit-tikketti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali għandha tkun disponibbli b'lingwa waħda jew aktar li tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih l-imballaġġ għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.
Fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta b'mezzi elettroniċi f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 4, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
data personali adegwata u rilevanti għandha tinġabar biss għall-fini limitat li l-utent jingħata aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-konformità msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68);
|
|
(b)
|
l-informazzjoni ma għandhiex tintwera ma' informazzjoni oħra maħsuba għal finijiet ta' bejgħ jew ta' kummerċjalizzazzjoni.
|
Meta l-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-informazzjoni dwar il-prodott fl-imballaġġ tiġi pprovduta permezz ta' mezz tad-data, għandu jintuża mezz tad-data wieħed biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall- prodott fl-imballaġġ u għall-imballaġġ, u t-tnejn għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu faċilment.
|
|
Artikolu 12 6
|
6. Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketta u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u l-formati tat-tikkettar, inkluż meta previst permezz ta' mezzi diġitali, għat-tikkettar tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu. Meta tiżviluppa dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tal-imballaġġ kompost. Meta tiżviluppa t-tikketta armonizzata għall-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe varjazzjoni li teżisti fid-depożitu impost mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 12 7
|
7. Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' teknoloġiji tal-immarkar standardizzati, miftuħa u diġitali, inkluż għall-imballaġġ kompost u komponenti integrati jew separati tal-imballaġġ.
Sal-1 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib permezz ta' teknoloġiji tal-immarkar standardizzati, miftuħa u diġitali. Dik il-metodoloġija għandha tiżgura li l-immarkar jinkludi mill-inqas l-isem u l-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' tħassib preżenti f'kull materjal f'unità tal-imballaġġ.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 12 8
|
8. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jikkonċernaw tikketti armonizzati oħra tal-UE, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li x'aktarx iqarrqu jew jikkonfondu lill-konsumaturi jew utenti finali oħra fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà għall-imballaġġ, karatteristiċi oħra tal-imballaġġ jew għażliet oħra ta' mmaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ li għalihom ġie stabbilit tikkettar armonizzat f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadotta linji gwida sabiex tiċċara aspetti li x'aktarx iqarrqu jew jikkonfondu lill-konsumaturi jew utenti finali oħra.
|
|
Artikolu 12 9
|
9. Sat-12 ta’ Frar 2027, l-imballaġġ inkluż fi skema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jista’ jiġi identifikat fit-territorju kollu tal-Istati Membri li fihom dik l-iskema jew dik is-sistema tapplika. Tali identifikazzjoni għandha tinkiseb biss permezz ta' simbolu li jikkorrispondi f'kodiċi QR jew teknoloġija oħra tal-immarkar standardizzata, miftuħa u diġitali sabiex jintwera li l-produttur jissodisfa l-obbligi tiegħu ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dak is-simbolu għandu jkun ċar u mhux ambigwu u ma għandux iqarraq lill-konsumaturi jew utenti finali oħra fir-rigward tar-riċiklabbiltà jew ir-riutilizzabbiltà tal-imballaġġ.
|
|
Artikolu 12 10
|
10. L-imballaġġ kopert minn sistema ta' rifużjoni tad-depożitu differenti minn dik imsemmija fl-Artikolu 50(1) jista', skont il-liġi nazzjonali, jiġi identifikat permezz tas-simbolu korrispondenti fit-territorju kollu li fih tapplika dik l-iskema jew sistema. Dak is-simbolu għandu jkun ċar u mhux ambigwu u ma għandux iqarraq lill-konsumaturi jew utenti finali oħra fir-rigward tar-riċiklabbiltà jew ir-riutilizzabbiltà tal-imballaġġ fl-Istati Membri fejn għandu jiġi ritornat. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu t-twaħħil ta' tikketti relatati mas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu fis-seħħ fi Stati Membri oħra.
|
|
Artikolu 12 11
|
11. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-imballaġġ immedjat u ta' barra kif definit fir-Regolamenti (UE) 2017/745, (UE) 2017/746 u (UE) 2019/6 u fid-Direttiva 2001/83/KE, jekk ma jkun hemm l-ebda spazju fuq l-imballaġġ minħabba rekwiżiti oħra ta' tikkettar kif definit f'dawk l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew jekk it-tikkettar tal-imballaġġ jista' jipperikola l-użu sikur ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew ta' prodotti mediċinali veterinarji.
|
|
Artikolu 12 12
|
12. L-imballaġġ kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 4 li jiġi mmanifatturat fl-Unjoni jew importat qabel l-iskadenzi msemmija f'dawk il-paragrafi u li ma jikkonformax mal-kriterji stabbiliti f'dawk il-paragrafi jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sa 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti f'dawk il-paragrafi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|