4. Meta l-imballaġġ li għalih japplika l-Artikolu 7 jitqiegħed fis-suq mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, u jkun immarkat b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat, dik it-tabella u, fejn applikabbli, il-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali, għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija stabbilita skont l-Artikolu 7(8). Meta l-imballaġġ ikun immarkat b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut tal-plastik b'bażi bijoloġika, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.