6. Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketta u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u l-formati tat-tikkettar, inkluż meta previst permezz ta' mezzi diġitali, għat-tikkettar tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu. Meta tiżviluppa dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tal-imballaġġ kompost. Meta tiżviluppa t-tikketta armonizzata għall-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe varjazzjoni li teżisti fid-depożitu impost mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).