7. Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' teknoloġiji tal-immarkar standardizzati, miftuħa u diġitali, inkluż għall-imballaġġ kompost u komponenti integrati jew separati tal-imballaġġ.
Sal-1 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib permezz ta' teknoloġiji tal-immarkar standardizzati, miftuħa u diġitali. Dik il-metodoloġija għandha tiżgura li l-immarkar jinkludi mill-inqas l-isem u l-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' tħassib preżenti f'kull materjal f'unità tal-imballaġġ.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).