2. Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketti u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u għall-formati tat-tikkettar għat-tikkettar tar-reċipjenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Meta tiżviluppa dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-ġbir stabbiliti fl-Istati Membri kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tal-imballaġġ kompost. It-tikkettar għar-reċipjenti għandu jikkorrispondi mat-tikkettar għall-imballaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12(6) bl-eċċezzjoni tat-tikkettar għall-imballaġġ soġġett għal sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).