8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li imballaġġ li huma jkunu qiegħdu fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunx konformi ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq. Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-imballaġġ għad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżura korrettiva meħuda.