+Artikolu 15 Obbligi tal-manifatturi
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7
---+Artikolu 15 8
---+Artikolu 15 9
---+Artikolu 15 10
---+Artikolu 15 11
---+Artikolu 15 12

Artikolu 15 Obbligi tal-manifatturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Il-manifatturi għandhom biss iqiegħdu fis-suq imballaġġ li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 15 2

2.   Qabel ma jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, il-manifatturi għandhom iwettqu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38, jew jaraw li din titwettaq f'isimhom, u jfasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII.

Meta l-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet mill-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE f'konformità mal-Artikolu 39.

Artikolu 15 3

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE kif ġej:

(a)

fil-każ ta' imballaġġ li jintuża darba biss: għal 5 snin mid-data li fiha l-imballaġġ tqiegħed fis-suq;

(b)

fil-każ ta' imballaġġ riutilizzabbli: għal 10 snin mid-data li fiha l-imballaġġ tqiegħed fis-suq.

Artikolu 15 4

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom il-proċeduri stabbiliti biex il-produzzjoni tas-serje tal-imballaġġ tibqa' tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-manifatturi għandhom iqisu b'mod adegwat il-bidliet fid-disinn tal-imballaġġ jew fil-karatteristiċi, kif ukoll il-bidliet fl-istandards armonizzati, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità jew li permezz tagħhom tiġi vverifikata l-konformità tiegħu. Meta l-manifatturi jsibu li l-konformità tal-imballaġġ tista' tiġi affettwata, huma għandhom iwettqu valutazzjoni mill-ġdid f'konformità mal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38 jew jaraw li din titwettaq f'isimhom.

Artikolu 15 5

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-imballaġġ ikollu n-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tiegħu, jew, meta d-daqs jew in-natura tal-imballaġġ ma jippermettux dan, li l-informazzjoni meħtieġa hi pprovduta f'dokument li jakkumpanja l-prodott fl-imballaġġ.

Artikolu 15 6

6.   Il-manifatturi għandhom jindikaw, fuq l-imballaġġ jew fuq kodiċi QR jew mezz ieħor ta' data, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark reġistrata kif ukoll l-indirizz postali fejn u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni li bihom, ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati. Meta dan ma jkunx possibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta bħala parti mill-informazzjoni permezz tal-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz ta' data standardizzat, miftuħ u diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 12(1), (2), (4) jew (5) jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott fl-imballaġġ. L-indirizz postali għandu jindika l-punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

Artikolu 15 7

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta f'konformità mal-paragrafi 5 u 6 tkun ċara, tinftiehem u tista' tinqara, u ma tissostitwix, jew ma toskurax u lanqas ma tista tiġi mfixkla mal-informazzjoni meħtieġa minn atti legali oħra tal-liġi tal-Unjoni dwar it-tikkettar tal-prodott fl-imballaġġ.

Artikolu 15 8

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li imballaġġ li huma jkunu qiegħdu fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunx konformi ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq. Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-imballaġġ għad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżura korrettiva meħuda.

Artikolu 15 9

9.   B'deroga mill-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-obbligu li jsir konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura imballaġġ maħsub li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 ma għandux japplika għal imballaġġ riutilizzabbli li jkun tqiegħed fis-suq qabel l-11 ta’ Frar 2025.

Artikolu 15 10

10.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ bir-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, b'lingwa waħda jew aktar li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma elettronika u, fuq talba, f'forma stampata. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 15 11

11.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ għat-trasport magħmul apposta għal apparati mediċi konfigurabbli u sistemi mediċi li għandhom jintużaw f'ambjenti industrijali u tal-kura tas-saħħa.

Artikolu 15 12

12.   Meta l-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat taħt isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun koperta mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża stipulata fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025, u l-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ lill-persuna fiżika jew ġuridika li għandha l-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat taħt isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun tinsab fl-Unjoni, il-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ għandha titqies bħala l-manifattur għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.