+Artikolu 17 Rappreżentanti awtorizzati
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
|
Artikolu 17 Rappreżentanti awtorizzati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Manifattur jista', permezz ta' mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex minn tal-anqas jagħmel dan li ġej:
|
(a)
|
iżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq kif ġej:
|
(i)
|
fir-rigward ta' imballaġġ li jintuża darba biss: għal 5 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq; u
|
|
(ii)
|
fir-rigward ta' imballaġġ riutilizzabbli: għal 10 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq;
|
|
|
(b)
|
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe miżura meħuda fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;
|
|
(c)
|
fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-imballaġġ b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità;
|
|
(d)
|
fuq talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħmel disponibbli d-dokumenti rilevanti fi żmien għaxart ijiem mill-wasla ta' talba bħal din;
|
|
(e)
|
jittermina l-mandat jekk il-manifattur jaġixxi b'mod kuntrarju għall-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
|
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 15(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII u meħtieġa taħt jew skont l-Artikoli 5 sa 11 ma għandhomx ikunu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|