5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-imballaġġ li huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mal-prodott fl-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq.
Id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bl-Istati Membri li fihom huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ, dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżuri korrettivi meħuda.