+Artikolu 19 Obbligi tad-distributuri
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6
|
Artikolu 19 Obbligi tad-distributuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. Meta jqiegħdu għad-dispożizzjoni imballaġġ fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni meħtieġa fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 19 2
|
2. Qabel ma jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:
|
(a)
|
il-produttur li huwa soġġett għall-obbligi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 44;
|
|
(b)
|
l-imballaġġ huwa ttikkettat f'konformità mal-Artikolu 12; u
|
|
(c)
|
il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) u fl-Artikolu 18(3), rispettivament.
|
|
|
Artikolu 19 3
|
3. Meta distributur, qabel ma jqiegħed għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq, iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 jew li l-manifattur jew l-importatur ma jkunx qiegħed jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) u fl-Artikolu 18(3), rispettivament, id-distributur ma għandux iqiegħed għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq sakemm dan ma jkunx sar konformi jew sakemm il-manifattur jew l-importatur ma jikkonformax.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li imballaġġ, kemm vojt jew bi prodott, ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.
|
|
Artikolu 19 4
|
4. L-informazzjoni żvelata mill-produttur ma għandhiex tintuża mid-distributur għal kwalunkwe skop ieħor ħlief biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikkabli stabbiliti fi jew skont l-Artikolu 5 sa 12. B’mod partikolari, l-użu ħażin ta' tali informazzjoni mid-distributuri għal skopijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.
|
|
Artikolu 19 5
|
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-imballaġġ li huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mal-prodott fl-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq.
Id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bl-Istati Membri li fihom huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ, dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżuri korrettivi meħuda.
|
|
Artikolu 19 6
|
6. Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha li jkollhom aċċess għalihom u li huma rilevanti biex tintwera l-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma elettronika u, fuq talba, f'forma stampata.
Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|