4. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw li jimlew mill-ġdid kontenitur ipprovdut mill-utent finali jekk l-utent finali ma jikkonformax mar-regoli għall-mili mill-ġdid ikkomunikati mill-operatur ekonomiku skont il-paragrafu 1, b'mod partikolari jekk l-operaturi ekonomiċi jqisu li l-kontenitur mhuwiex iġjeniku jew mhux adattat għall-bejgħ tal-ikel jew tax-xorb. L-operaturi ekonomiċi ma għandhom iġorru l-ebda responsabbiltà għal problemi ta' iġjene jew sikurezza tal-ikel li jirriżultaw mill-użu ta' kontenituri pprovduti mill-utent finali.