+Artikolu 28 Obbligi relatati mal-mili mill-ġdid
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
---+Artikolu 28 3
---+Artikolu 28 4
---+Artikolu 28 5

Artikolu 28 Obbligi relatati mal-mili mill-ġdid

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1

1.   L-operaturi ekonomiċi li joffru l-possibbiltà li l-prodotti jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid għandhom jinformaw lill-utenti finali b'dan li ġej (“regoli għall-mili mill-ġdid”):

(a)

it-tipi ta' kontenituri li jistgħu jintużaw biex jinxtraw il-prodotti offruti permezz tal-mili mill-ġdid;

(b)

l-istandards tal-iġjene għall-mili mill-ġdid;

(c)

ir-responsabbiltà tal-utent finali fir-rigward tas-saħħa u tas-sikurezza fir-rigward tal-użu tal-kontenituri msemmija fil-punt (a).

Ir-regoli għall-mili mill-ġdid għandhom jiġu aġġornati regolarment u għandhom jew jintwerew b'mod ċar fuq il-post inkella jiġu pprovduti mod ieħor lill-utenti finali.

Artikolu 28 2

2.   L-operaturi ekonomiċi li joffru l-possibbiltà li l-prodotti jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti C tal-Anness VI u ma' kwalunkwe rekwiżit stabbilit f'atti legali oħra tal-Unjoni għall-bejgħ tal-prodotti permezz tal-mili mill-ġdid.

Artikolu 28 3

3.   L-operaturi ekonomiċi li joffru l-possibbiltà li l-prodotti jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li jekk l-imballaġġ jew il-kontenituri jiġu offruti lill-utenti finali fl-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid, dak l-imballaġġ u dawk il-kontenituri ma jiġux ipprovduti mingħajr ħlas jekk ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI jew jiġu pprovduti bħala parti minn sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.

Artikolu 28 4

4.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw li jimlew mill-ġdid kontenitur ipprovdut mill-utent finali jekk l-utent finali ma jikkonformax mar-regoli għall-mili mill-ġdid ikkomunikati mill-operatur ekonomiku skont il-paragrafu 1, b'mod partikolari jekk l-operaturi ekonomiċi jqisu li l-kontenitur mhuwiex iġjeniku jew mhux adattat għall-bejgħ tal-ikel jew tax-xorb. L-operaturi ekonomiċi ma għandhom iġorru l-ebda responsabbiltà għal problemi ta' iġjene jew sikurezza tal-ikel li jirriżultaw mill-użu ta' kontenituri pprovduti mill-utent finali.

Artikolu 28 5

5.   Mill-1 ta' Jannar 2030, id-distributuri finali b'żona tal-bejgħ ta' aktar minn 400 m2 għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddedikaw 10 % ta' dik iż-żona tal-bejgħ għall-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid kemm għall-prodotti tal-ikel kif ukoll għal dawk mhux tal-ikel.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.