+Artikolu 30 Regoli dwar il-kalkolu tal-kisba tal-miri tal-użu mill-ġdid
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
|
Artikolu 30 Regoli dwar il-kalkolu tal-kisba tal-miri tal-użu mill-ġdid
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1
|
1. Għall-fini li tintwera l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 29(1) u (5), l-operatur ekonomiku li juża l-imballaġġ għandu jikkalkula, għal kull mira separatament, dan li ġej:
|
(a)
|
l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta' kwalunkwe format tal-imballaġġ elenkat fl-Artikolu 29(1) jew (5), kif applikabbli, li jikkostitwixxu l-imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid li uża f'sena kalendarja;
|
|
(b)
|
l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta' kwalunkwe format tal-imballaġġ stabbilit fl-Artikolu 29(1) jew (5), kif applikabbli, għajr dawk indikati fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, li uża f'sena kalendarja.
|
|
|
Artikolu 30 2
|
2. Għall-fini li tintwera l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 29(6) u fl-Artikolu 33, id-distributur finali li jqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq prodotti bħal dawn lill-konsumaturi fit-territorju ta' Stat Membru għandu jikkalkula, separatament għal kull mira, dan li ġej:
|
(a)
|
l-għadd totali tal-unitajiet ta' bejgħ jew il-volum totali ta' xorb f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid mqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'sena kalendarja;
|
|
(b)
|
l-għadd totali tal-unitajiet ta' bejgħ jew il-volum totali ta' xorb imqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'imballaġġ għajr dak imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu f'sena kalendarja.
|
|
|
Artikolu 30 3
|
3. Sat-30 ta' Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-miri tal-użu mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 29.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 30 4
|
4. L-obbligu li tintwera l-kisba tal-miri tal-użu mill-ġdid stipulati fl-Artikolu 29 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2030 jew 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|