+Artikolu 32 Obbligu ta' mili mill-ġdid għas-settur tat-takeaway
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2

Artikolu 32 Obbligu ta' mili mill-ġdid għas-settur tat-takeaway

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1

1.   Sat-12 ta’ Frar 2027:

(a)

distributuri finali li jwettqu l-attività kummerċjali tagħhom fis-settur tal-HORECA u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru fl-imballaġġ tat-takeaway xorb kiesaħ jew sħun għandhom jipprovdu sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela;

(b)

distributuri finali li jwettqu l-attività kummerċjali tagħhom fis-settur tal-HORECA u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'imballaġġ tat-takeaway ikel ippreparat u lest għandhom jipprovdu sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela.

Artikolu 32 2

2.   Meta l-konsumaturi jġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela, id-distributuri finali kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom joffrulhom il-prodotti mingħajr kostijiet ogħla u b'kundizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn meta jbigħu l-unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodott u imballaġġ li jintuża darba biss.

Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ, permezz ta' tabelli jew sinjali li jidhru b'mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f'kontenitur li jista' jerġa' jimtela pprovdut mill-konsumatur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.