4. Meta organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni tadotta standard armonizzat u tipproponi l-istandard armonizzat lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta tali referenza għal standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, li jkopru l-istess rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26.