+Artikolu 37 Speċifikazzjonijiet komuni
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
---+Artikolu 37 4
---+Artikolu 37 5
|
Artikolu 37 Speċifikazzjonijiet komuni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1
|
1. L-imballaġġ li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew ma' partijiet minnhom, għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew minn partijiet minnhom.
|
|
Artikolu 37 2
|
2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
jew:
|
(i)
|
ma tkun ġiet ippubblikata ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew
|
|
(ii)
|
l-istandard eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti li t-talba għandha l-għan li tkopri; u
|
|
|
(b)
|
il-Kummissjoni talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza jew tirrevedi standard armonizzat għar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 ta' dan ir-Regolament u jew:
|
(i)
|
it-talba ma ġiet aċċettata minn l-ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li t-talba tkun ġiet indirizzata lilhom; jew
|
|
(ii)
|
it-talba tkun ġiet aċċettata minn tal-anqas waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li t-talba tkun ġiet indirizzata lilhom, iżda l-istandards armonizzati mitluba:
|
—
|
ma jiġux adottati sal-iskadenza stabbilita fit-talba,
|
|
—
|
ma jikkonformawx mat-talba, jew
|
|
—
|
ma humiex kompletament allinjati mar-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru.
|
|
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 37 3
|
3. Qabel ma tħejji abbozz tal-att ta' implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 37 4
|
4. Meta organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni tadotta standard armonizzat u tipproponi l-istandard armonizzat lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta tali referenza għal standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, li jkopru l-istess rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26.
|
|
Artikolu 37 5
|
5. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqisu li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26, dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan billi jippreżentaw spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u tista', jekk ikun xieraq, temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|