2. Sabiex tappoġġa l-Istati Membri fil-kisba tal-miri għall-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fattur ta' korrezzjoni biex tqis iż-żieda jew it-tnaqqis fit-turiżmu fir-rigward tas-sena bażi 2018 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 56(7), punt (c). Dak il-fattur ta' korrezzjoni għandu jkun ibbażat fuq ir-rata tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ għal kull turist u l-varjazzjoni fl-għadd ta' turisti relattiva għas-sena bażi 2018 u għandu jqis il-potenzjal tat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ fit-turiżmu.