+Artikolu 43 Prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3
---+Artikolu 43 4
---+Artikolu 43 5
---+Artikolu 43 6
---+Artikolu 43 7
---+Artikolu 43 8
---+Artikolu 43 9
|
Artikolu 43 Prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1
|
1. Kull Stat Membru għandu jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ iġġenerat per capita, meta mqabbel mal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat per capita fl-2018 kif irrapportat lill-Kummissjoni f'konformità mad-Deċiżjoni 2005/270/KE, b'tal-inqas:
|
|
Artikolu 43 2
|
2. Sabiex tappoġġa l-Istati Membri fil-kisba tal-miri għall-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fattur ta' korrezzjoni biex tqis iż-żieda jew it-tnaqqis fit-turiżmu fir-rigward tas-sena bażi 2018 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 56(7), punt (c). Dak il-fattur ta' korrezzjoni għandu jkun ibbażat fuq ir-rata tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ għal kull turist u l-varjazzjoni fl-għadd ta' turisti relattiva għas-sena bażi 2018 u għandu jqis il-potenzjal tat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ fit-turiżmu.
|
|
Artikolu 43 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 4, l-Istati Membri li diġà stabbilew sistemi separati għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ domestiku, fuq naħa, u għall-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali, fuq in-naħa l-oħra, jistgħu jżommu dawk is-sistemi.
|
|
Artikolu 43 4
|
4. Fl-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex inaqqas il-kwantità ta' skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat.
|
|
Artikolu 43 5
|
5. Minbarra l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart u sabiex jintlaħqu l-miri stipulati f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, bħall-miżuri msemmija fl-Annessi IV u IVa tad-Direttiva 2008/98/KE, jew strumenti u miżuri xierqa oħra, inkluż inċentivi pprovduti permezz tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u l-obbligi għall-produtturi jew għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jadottaw pjanijiet għall-prevenzjoni tal-iskart. Il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji u jkunu mfassla b'tali mod li jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Tali miżuri ma għandhomx iwasslu għal bidla lejn materjal tal-imballaġġ eħfef użat biex jissodisfa l-għan tat-tnaqqis fl-iskart mill-imballaġġ.
|
|
Artikolu 43 6
|
6. Għall-fini tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (73), l-Istati Membri għandhom jinċentivaw lir-restoranti, canteens, bars, kafetteriji u servizzi tal-catering biex iservu lill-klijenti tagħhom, ilma tal-vit, fejn disponibbli, b'xejn jew bi ħlas baxx għas-servizz, f'format riutilizzabbli jew li jista' jerġa' jimtela.
|
|
Artikolu 43 7
|
7. Għall-fini tal-paragrafu 5, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ li jeċċedu l-miri minimi stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li jaġixxu f'konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 43 8
|
8. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2025, jitolbu lill-Kummissjoni tuża sena bażi għajr l-2018 għall-kalkoli tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk Stat Membru jagħmel tali talba, il-Kummissjoni tista’, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 7, il-Kummissjoni tista' tippermetti lill-Istati Membri jużaw din is-sena bażi l-oħra sabiex jikkalkulaw il-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jipprovdi evidenza sostanzjata:
|
(a)
|
ta' żieda sinifikanti fl-iskart mill-imballaġġ matul is-sena li huwa jitlob li juża bħala sena bażi għall-fini tal-kalkolu tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 1;
|
|
(b)
|
li ż-żieda sinifikanti fl-iskart mill-imballaġġ murija taħt il-punt (a) hija dovuta għal bidliet fil-proċeduri ta' rapportar biss;
|
|
(c)
|
li ż-żieda sinifikanti fl-iskart mill-imballaġġ murija taħt il-punt (a) mhijiex dovuta għal żieda fil-konsum; u
|
|
(d)
|
ta' komparabbiltà aħjar tad-data bejn l-Istati Membri.
|
|
|
Artikolu 43 9
|
9. Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu inklużi miri speċifiċi għal ċerti materjali tal-imballaġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|