7. Il-produttur jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, kif stipulat mil-liġi nazzjonali f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jissottomettu l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 1, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru, sal-1 ta' Ġunju għal kull sena kalendarja preċedenti sħiħa.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni provduta skont dan il-paragrafu tiġi awditjata u ċċertifikata minn awdituri indipendenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(1), abbażi ta' standard nazzjonali possibbli.